Raġel ta’ 47 sena residenti r-Rabat sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular f’shaft waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:20 fi Triq is-Siegħ, fis-Swieqi.
Fuq il-post waslu mmedjatament il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu lir-raġel mis-shaft filwaqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei ta l-ewwel għajnuna qabel ittieħed lejn l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>