Partitarju tal-Vicenza, klabb tas-Serie B fl-Italja segwa lill-benjamini tiegħu imma l-partità kontra Empoli, li kienu qed jirbħu 5-0 spiċċċat kmieni wara li r-referee ssospendiha.
Il-partitarju mar lura d-dar kmieni, minħabba s-sospensjoni, u bħallikieku telfa hekk kbira ma kinitx biżżejjed, sab lil martu fis-sodda ma’ raġel ieħor.
Malli ra hekk, inqala’ argument li wassal biex il-maħub tal-mara spiċċa ferut.
Il-partita’ kompliet ftit wara s-sospensjoni u spiċċat bi skor ta’ 5-1. Imma li kieku r-raġel ma ddejjaqx jistenna u telaq, probabl isa llum kien jibqa’ ma jiskoprix b’dak li kien għaddej minn wara dahru.
Il-każ ta’ dan ir-raġel, li għandu 36 sena, u martu ġara sentejn ilu, imma issa l-kwistjoni spiċċat il-Qorti. Finalment il-maħbub waqqa’ l-akkużi u r-raġel ingħata somma flus bħala kumpens.
//= $special ?>