Internazzjonali

200,000 tarbija fis-sena fiċ-Ċina maħtufa u mibjugħa fuq l-internet

Kull sena fiċ-Ċina madwar 200,000 tarbija jinħatfu u jinbiegħu fuq l-internet. Id-dipartiment tal-Istat Amerikan jistma li ċ-ċifra hi madwar 20,000 tifel u tifla tat-twelid, li huma qrib 400 fil-ġimgħa, imma l-mezzi tax-xandir tal-Gvern Ċiniż jistmaw iċ-ċifra fil-livell ta’ għaxar darbiet iktar.

It-traffikar tat-tfal ilha snin twal problema għaċ-Ċina u minkejja sforzi mill-awtoritajiet, din il-prattiċi baqgħet fis-seħħ. Is-subien, li huma ppreferuti fiċ-Ċina biex iżommu l-kunjom tal-familja, iġibu iktar fis-suq, saħansitra sa €14,500.

Fl-aħħar snin, it-traffikanti daru għall-internet biex jaħarbu lill-Pulizija Ċiniża. Is-sena li għaddiet il-Pulizija Ċiniża rnexxielha ssalva 382 tarbija u arrestat iktar minn 1,000 persuna meta rnexxielha tkisser erba’ ċrieki importanti ta’ traffikanti ta’ trabi.

Kritiċi jqisu dan il-kummerċ bħala stimulat mill-politika tal-pajjiż li koppji jrid ikollhom sa tarbija waħda.