Alġerin tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin mill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona wara li ammetta li kkorrompa lin-neputija tiegħu f’diversi okkażjonijiet u li anke għamel mossi sesswali. Ir-raġel, li ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti, u dan biex tiġi protetta l-identità tal-vittma, ammetta li mess lit-tfajla b’mod indiċenti meta hija kienet rieqda.
Fil-Qorti ħareġ li dawn ir-reati seħħew fid-dar tan-nanna tal-vittma, meta t-tfajla kienet iżżurha bejn Diċembru 2013 u April tas-sena li għaddiet. Kien żvelat ukoll li l-Alġerin għandu problema tax-xorb.
L-Alġerin wieġeb ħati tal-akkużi miġjubin kontirh u kien għalhekk li tqiegħed taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tat-tifla. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Sylvana Briffa u Roderick Agius, filwaqt li għall-imputat deher l-Avukat Patrick Valentino.
//= $special ?>