Il-Pulizija fi Spanja arrestaw talanqas tmien persuni suspettati bħala militanti Iżlamiċi u li jingħad li kienu qed jippjanaw l-attakki fil-pajjiż proprju.
Fl-istess ħin, il-Ministeru għall-Intern, f’Madrid, qed jaħseb li s-suspettati kienu qed jirreklutaw il-ġiħadisti biex jibgħatuhom jiġġieldu fis-Sirja u fl-Iraq, iżda baqgħu ma ngħatawx dettalji dwar l-identita tal-arrestati.
L-awtoritajiet Spanjoli jemmnu li talanqas 100 persuna vvjaġġaw minn Spanja lejn it-territorji Iraqqin u Sirjani biex jissieħbu mal-gruppi tat-terroristi, fosthom l-ISIS.
Sadanittant, il-Pulizija, fl-aħħar sigħat, wettqu t-tfittxijiet intensivi għat-terroristi potenzjali f’erba’ provinċi, fosthom Barċelona u Girona, minbarra l-inħawi ta’ Ciudad Real u Avila.
Mill-bidu tas-sena ‘l hawn, il-Pulizija Spanjola arrestat mal-21 persuna b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-militanti.
//= $special ?>