Lokali

Chats fuq Facebook jikxfu t-trijangolu ta’ mħabba ta’ Nooreddin u nisa oħra waqt li kien miżżewweġ lil Silvana

Nooreddin Lover 2 NovemberMhammed Nooreddin hu l-eks raġel ta’ Silvana Muscat, li lbieraħ instabet mejta fl-appartament tal-ġenituri tagħha f’Buġibba. Hekk kif fis-sigħat li għaddew, il-Pulizija għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għal-Libjan li qed ikun meqjus bħala s-suspettat ewlieni għal dan l-ewwel qtil tas-sena, qed jirriżultaw aktar żviluppi dwar dan il-każ.

Fost oħrajn, persuni qrib Silvana qalu lil MaltaRightNow.com li minn Jannar ‘l hawn il-vittma nnifisha għamlet seba’ rapporti formali lill-Pulizija dwar it-theddid li kien qed isirilha minn dak li kien żewġha.

Nooreddin Lover 1Fl-istess waqt, informazzjoni li waslitilna tgħid li l-vittma kienet qed tirċievi t-theddid minħabba li riedet ittemm iż-żwieġ tagħha ma’ Mhammed Nooreddin li, dejjem skont l-informazzjoni li għandna, allegatament kellu relazzjonijiet oħra barra ż-żwieġ.

Dan jikkonfermawh chats pubbliċi u ritratti fuq Facebook (stampi isfel), li juru lil-Libjan f’ritratti ma’ nisa oħrajn sa minn Novembru li għadda. Fil-ġimgħat ta’ wara, waħda minn dawn iż-żewġ nisa kitbet fuq Facebook li kienet iżżewġet lis-suspettat fis-17 ta’ Frar 2015, bil-vittma Silvana Muscat tirrispondi li Nooreddin fil-fatt kien għadu miżżewweġ lilha.