Internazzjonali

Disney tħabbar pjani għal Frozen 2

Il-kumpanija Disney ħabbret pjani għall-produzzjoni ta’ sequel tal-film animat ‘Frozen’. Dan ħareġ waqt laqgħa annwali li saret f’San Francisco mill-istess kumpanija.

Id-diretturi ta’ Frozen 2 se jkunu Jennifer Lee u Chris Buck, l-istess produtturi ta’ Frozen, u qed jaħdmu fuq dan il-proġett flimkien Peter Del Vecho mill-Walt Disney Animation Studios.

Din l-aħbar mhix sorpriża hekk kif Frozen, li ħareġ fl-2013, għadu jiġġenera qliegħ kbir madwar id-dinja. B’baġit ta’ madwar $150 miljun, il-film iġġenera $1.274 biljun biex sar l-iktar film animat li ġġenera flus, l-iktar film li ġġenera flus fl-2013 u l-ħames l-iktar film li ġġenera flus.

Frozen rebaħ ukoll żewġ Academy Award għall-Aqwa Feature Film Animat, u l-Aqwa Diska Oriġinali (‘Let it Go’), Golden Globe Award għall-Aqwa Feature Film Animat, ħames Annie Awards, żewġ Grammy Awards kif ukoll żewġ Critics’ Choice Movie Awards.