Internazzjonali

Il-Ġeneral Haftar jitkellem dwar ‘is-suċċessi kontra l-ISIS’ fil-Libja

Filwaqt li t-terroristi tal-ISIS qed jippruvaw javvanzaw fil-Libja, l-Armata li ħalfet lealta lill-Gvern Libjan elett u rikonoxxut barra l-pajjiż qed issostni li rnexxielha tikseb ‘is-suċċessi kbar’ fil-ġlieda kontra l-istess ISIS.

Fil-fatt, il-Kmandant tal-Armata, Khalifa Haftar, li kien Ġeneral fil-militar tal-eks-dittatur Libjan, Muammar Gaddafi, ikkonferma dawn is-suċċessi u sostna li l-qawwiet tiegħu irnexxielhom jagħtu ‘tagħlima lill-għadu li m’humiex se jinsew kif ġieb u laħaq’.

Il-Ġeneral innota li l-Armata tal-Libja tinsab qrib li tikkonkludi l-missjoni tagħha fil-belt ta’ Bengazi u fejn qed tittama li teħles lill-poplu mill-kontroll tat-terroristi sa nofs ix-xahar id-dieħel.

Intant, Spanja sejħet għal ftehim biex jintemm il-konflitt fil-Libja fi kwistjoni ta’ ġimgħat u qalet li kwalunkwe intervent tan-NATO f’dan il-pajjiż ikun jeħtieġ riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.