Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ġimgħa, 13 ta’ Marzu.

IN-NAZZJON jippubblika r-ritratt ta’ Giomaiba Mhammed Nooreddin, il-Libjan suspettat li wettaq id-delitt f’Buġibba. Il-Pulizija tressaq ukoll il-każ quddiem l-Interpol.

Dan id-delitt qed jiddomina l-faċċati tal-gazzetti kollha li ħarġu dalgħodu. THE TIMES OF MALTA tirrapporta kif il-vittma ta’ dan il-Libjan kien diġa’ għamlet rapporti mal-Pulizija minħabba abbuż domestiku.

THE MALTA INDEPENDENT jgħid li l-mara ta’ 36 sena kienet attakkata b’sikkina mill-eks sieħeb tagħha, fejn allegatament qalgħet ħames daqqiet ta’ sikkina.

L-ORIZZONT ukoll jippubblika r-ritratt tal-vittma, Silvana Muscat.