Għawdex Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni f’laqgħat mar-residenti u s-sidien tan-negozji f’Għawdex

L-importanza li l-aspetti kummerċjali tal-lokalitajiet ikunu trattati bi prijorità mill-Kunsilli Lokali kienu diksussi f’laqgħat li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busutttil kellu f’diversi lokalitajiet f’Għawdex. Fil-laqgħat ma’ diversi sidien ta’ negozji differenti f’Għawdex, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar il-mod kif il-proposti li jkollhom is-sidien tan-negozji jsibu appoġġ mill-Kunsilli Lokali ħalli jinħoloq aktar ġid għall-benefiċċju tal-lokalitajiet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni żar Maraslforn, San Lawrenz u ż-Żebbuġ, fejn tkellem ma’ diversi residenti u ngħata informazzjoni dwar proġetti li twettqu minn Kunsilli Lokali mmexxija mill-Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil qal li f’diversi lokalitajiet, Kunsilli Lokali mmexxija minn maġġoranza Nazzjonalista wettqu proġetti għall-benenfiċċju tar-residenti.

Fuq quddiem fost dawn il-proġetti, hemm proġetti ta’ riġenerazzjoni tal-lokalitajiet, restawr, konservazzjoni, ħolqien ta’ spazji ġodda u inizjattivi li saħħu r-rabta bejn l-aspetti residenzjali u dawk kummerċjali fil-lokalitajiet. Tul iż-żjara tiegħu f’Għawdex, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien akkumpanjat mis-Sgeretarju Ġenerali Chris Said, kif ukoll minn Deputati u Kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Kunsilli Lokali.