Il-Korea ta’ Fuq komunista sparat seba’ missili tat-tip li jintużaw mid-difiżi tal-art u li lkoll spiċċaw fil-baħar.
Dan seħħ fl-aħħar jum ta’ eżerċizzju militari annwali li kien jinvolvi lill-qawwiet tal-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel u li r-reġim komunista fi Pyongyang fisser bħala ‘prova għall-invażjoni ta’ pajjiżu’.
Il-Korea ta’ Fuq topponi bis-sħiħ għall-eżerċizzji militari konġunti tal-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel, bir-rapporti jgħidu li l-Mexxej Korean komunista, Kom Jong-un, kien preżenti għall-aħħar provi tal-missili li saru fl-inħawi tal-kosta fil-Lvant ta’ pajjiżu.
L-eżerċizzji konġunti inkwistjoni iservu dejjem biex jixprunaw it-tensjoni fil-peniżola Koreana.
Sadanittant, il-Korea t’Isfel qalet li l-missili li sparaw il-komunisti, ilbieraħ, kienu tat-tip SA-2 jew SA-3; bil-kapaċita li jkopru distanza ta’ ‘għexieren ta’ kilometri’. Issemmiet anki l-missila SA-5 li tista’ twassal għal massimu ta’ 200 kilometru.
//= $special ?>