“Issa twaqqgħuniex għaċ-ċajt”.
Kien dan l-appell tal-Prim Ministru Joseph Muscat liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena u 17-il sena li se jkunu qed jivvutaw għall-ewwel darba waqt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.
Muscat kien qed jindirizza attività politika mmirata lejn iż-żgħażagħ li saret il-Ġimgħa filgħaxija f’San Ġiljan.
Matul l-attività politika, Muscat ftaħar li pajjiżna se jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi Ewropej li se jagħti d-dritt tal-vot lil żgħażagħ ta’ 16-il sena u ta’ 17-il sena.
Madanakollu, Muscat ma qalx li l-gvern tiegħu ried iċaħħad liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena u ta’ 17-il sena minn dan id-dritt tal-vot meta kien iddeċieda li jħassar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta’ din is-sena. Kien biss wara insistenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li dawn l-elezzjonijiet se jsiru fil-11 ta’ April.
Muscat lanqas ma qal li ż-żgħażagħ ta’ 16 u ta’ 17-il sena mhux se jitħallew jivvutaw fir-referendum dwar il-kaċċa li se jsir fl-istess jum tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.
//= $special ?>