Il-Ġimgħa filgħaxija ingħata bidu għas-sittax-il edizzjoni tal-Maratona bir-Roti. Il-maratona, li se tkun mifruxa fuq tlitt ijiem, qed tittella’ fl-Iskola Sekondarja tas-Subien (il-Liċeo) fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca l-Ħamrun. Il-maratona qed issir bil-għan li jinġabru fondi biex l-iskejjel ikunu mgħammra b’tagħmir ta’ AED li jista’ jsalva l-ħajja.
Il-maratona kienet inawgurata mill-Aġent President ta’ Malta Dolores Cristina. Preżenti wkoll Is-Segretarju Parlamentari għar-riċerka, l-innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport Chris Agius u x-Shodow Minister għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia.
Nhar is-Sibt filgħodu l-plejer tal-futbol Taljan Ivan Cordoba se jkun qed iżur il-klabb tal-futbol tal-Imqabba fejn se jkun qed isir turnament tal-futbol organizzat minn numru ta’ nurseries b’riżq il-Maratona bir-Roti. Wara Cordoba se jżur ukoll l-iskola fil-Ħamrun fejn qed issir il-maratona biex jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu liċ-ċiklisti.
//= $special ?>