Lokali

Priġunieri fuq strajk tal-ġuħ

Dan is-sit jinsab infurmat li grupp ta’ madwar ħames priġunieri fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin  jinsabu fuq strajk tal-ġuħ. Sa issa għadha mhijiex magħrufa r-raġuni ta’ dan l-istrajk.

Familjari tal-priġunieri kkuntattjaw lil dan is-sit u infurmawna li issa l-istrajk daħal fit-tieni jum tiegħu.

Dan is-sit jinsab infurmat li ħadd ma avża lill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dwar dan l-istrajk.

Dan is-sit se jibqa’ jsegwi dan il-każ.