Xogħol li jista’ jkun ta’ periklu u jikkawża inċidenti serji
It-triq prinċipali li twassal mir-Rabat Għawdex sa Kerċem, liema triq taqa’ fir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sar xogħol fiha ta’ manutenzjoni bis-siment flok bit-tarmak jew b’asfaltar.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ma ċaħadx fil-Parlament li saret manutenzjonii ta’ triq ewlenija bis-siment, bix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said jistaqsi min ħa din id-deċiżjoni; u jekk il-Ministru jafx li s-siment jista’ jkun perikoluż fi triq prinċipali u jista’ jikkawża inċidenti serji.
Il-Ministru Refalo ddefenda din id-deċiżjoni li jintuża s-siment flok tarmak, u qal li d-deċiżjoni biex jintuża l-konkrit għat-tiswija fit-triq imsemmija ttieħdet mid-Direttorat għal Proġetti u Żvilupp minħabba l-preżenza kontinwa ta’ ilma fil-wiċċ tat-triq.
Filwaqt li kkonferma li ntuża l-konkrit flok asfalt jaħraq, Anton Refalo qal li din hi miżura temporanja sakemm isir kisi bit-tarmak.