Lokali

Tnejn arrestati wara li ħebbew għal Pulizija

habta
Incident

Żewġt irġiel ġew arrestati wara li ħebbew għal Pulizija. Il-każ seħħ it-Tlieta.

Jirriżulta li sewwieq ta’ vettura li twaqqaf minn Pulizija ma kienx kapaċi jipprovdi l-liċenzja tas-sewqan bil-konsegwenza li inqala’ diżgwid bejn il-Pulizija u dan is-sewwieq.

Wara ftit ħin, is-sewwieq saq minn fuq il-post bil-Pulizija li saq warajh. MaltaRightNow jinsab infurmat li wara ftit ħin, il-karozza waqfet biż-żewġt irġiel li kienu fih jinżlu mill-karozza fejn bdew jheddu lill-Pulizija li kien saq għal warajhom.

Il-Pulizija talab għall-assistenza ta’ aktar pulizija fejn mal-wasla tagħhom l-irġiel ġew minnufih arrestati. L-arrest seħħ f’Triq Tas-Sliema, il-Kappara.

L-irġiel kienu akkumpanjati wkoll minn mara, li iżda ma ġietx arrestata. Huma nżammu taħt arrest għal xi ħin sakemm kompliet l-investigazzjoni.