Hemm xi terminu legali li ma tifhimx? Tinkwieta xejn għaliex permezz tal-application li nidhew l-istudenti fl-assoċazzjoni tal-liġi, ELSA, se tkun tista tibda tifhem kull terminu diffiċli.
Din l-application, jew aħjar din il-legal app se tkun qed toffri servizz ta’ traduzzjoni ta’ termini legali mill-Malti għall-Ingliż u mill-Ingliż għall-Malti.
It-tnedija tal-legal app saret l-Erbgħa wara nofsinhar u matul l-attivita’ il-President tal-ELSA, Deo Falzon semma’ kif din hi l-ewwel darba li f’pajjiżna qed ikun provdut dan is-servizz ta’ traduzzjoni ta’ termini legali.
Il-President tal-ELSA spjega li x-xogħol fuq dan il-proġett ilu jsir għal dawn l-aħħar numru ta’ xhur, fejn ġew involuti wkoll grupp ta’ studenti biex jgħinu fil-ħolqien ta’ din l-‘app’ li tinkludi ‘l fuq minn 1,000 kelma.
L-‘app’ tista’ titniżżel mill-platforms kollha u tista’ tinkiseb mingħajr ħlas.
//= $special ?>