Lokali

Aktar stejjer esklussivi f’Il-Mument għada

Il-gazzetta il-Mument għada se tiżvela esklussivament intervista ma’ Malti li fl-aħħar xhur għadda minn trawma wara li nqabad minn milizja Libjana li kienet qed topera fl-inħawi tal-kapitali Tripli. L-intervista sħiħa se tixxandar nhar it-Tnejn li ġej fuq Net TV waqt il-programm WIĊĊ IMB WIĊĊ bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Roderick Agius.

Il-Mument għada se tippubblika analiżi marbuta mal-iskandlu li jinvolvi l-Gvern Laburista wara l-ftehim li laħaq mal-kumpanija statali Ażera SOCAR. Mill-istħarriġ, b’rapport ta’ Joe Mikallef jirriżulta li kien hemm diversi ftehim bħal dawk li innegozja u ftiehem il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat li spiċċaw investigati minn awtoritajiet internazzjonali.