Franza u l-Ingilterra huma l-aħħar żewġ pajjiżi li ngħaqdu ma’ lista twila ta’ oħrajn li jipprojbixxu s-“selfie sticks”: dawk il-lasti li jitwaħħlu ma’ kameras biex dak li jkun jieħu ritratti tiegħu minn iktar ‘il bogħod.
Franza waqqfet id-dħul ta’ dawn il-lasti fil-Palazz ta’ Versailles waqt li l-Ingilterra qalet daqshekk għan-National Gallery. Ir-raġuni, skont iż-żewġ binjiet storiċi, hi biex jiġu mħarsa l-oġġetti ta’ valur li huma murija hemmhekk.
Postijiet oħra fi Franza stess bħaċ-ċentru Pompidou u l-Louvre għadhom jippermettu l-użu ta’ “selfie sticks” imma mużewijiet bħall-Musee d’Orsay ma jħallix lanqas lil dak li jkun jieħu ritratt. Fl-Italja, anke fil-Kolossew dawn it-tip ta’ lasti mhumiex permess u fl-Istati Uniti, il-mużewijiet prinċipali ilhom li niżżluhom mal-lista tal-oġġetti pprojbiti.
Fir-Renju Unit, ċerti grawnds tal-futbol ukoll iddikjaraw din il-biċċa metall bħala oġġett ipprojbit.
//= $special ?>