Hekk kif daħlu aktar dettalji dwar dan il-każ MaltaRightNow.com issa tinsab f’posizzjoni li tiċċara li l-Pulizija ssejħet biex tintervjeni waqt argument li nqala’ waqt difna f’Ħaż-Żebbuġ.
Jidher li kif saret id-difna ta’ funeral li kien għadu kif sar, id-deffiena kellhom jiftħu qabar fil-viċinanzi bil-qraba tal-persuna midfuna f’dan il-qabar jmorru fuq il-post u hemm jidher li inqalgħet il-ġlieda.
Il-ġlieda ma’ seħħitx bejn il-familjari tal-mejta li tagħha kien għadu kemm ntemm il-funeral kif kien maħsub inizjalment.
Persuna preżenti fil-post iddeskriva l-argument bħala wieħed jaħraq tant li spjega li “kull ħaġa li l-persuni nvoluti setgħu jsibu quddiemhom bdew iwaddbu lejn xulxin.”
Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ.
Kelliem għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident u li kien hemm iktar minn żewġ persuni nvoluti.
//= $special ?>