Dalgħodu għal ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra ta’ filgħodu fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba seħħ inċident fejn għal xi raġuni żewġ vetturi kellhom impatt ma’ xulxin.
Iż-żewġ vetturi kienu misjuqa minn ġuvni ta’ 21 mill-Imsida u ġuvni ta’ 23 sena mill-Qrendi.
Il-ġuvni ta’ 23 sena sofra xi ġrieħi u kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>