Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum is-Sibt 14 ta’ Marzu
IN-NAZZJON – In-Nazzjon illum tkompli tgħati ħarsa dettaljata lejn il-qtil ta’ Silvana Muscat f’Buġibba bi storja b’diversi dettalji. Fir-rapport ta’ In-Nazzjon jingħad li l-mobile tal-aggressur jista’ jkun kruċjali biex dan jinqabad. L-istorja tkompli b’aktar dettalji f’paġna tlieta ta’ l-istess ġurnal.
THE TIMES – Il-ġurnal The Times ukoll jagħżel li jiffoka fuq il-qtil ta’ Silvana Muscat u jgħid li s-suspettat prinċipali huwa l-eks raġel ta’ Muscat. The Times tgħati ħarsa lejn il-passat legali bejn il-vittma u l-eks raġel tagħha.
L-ORIZZONT – Hekk kif it-Tribunal Industrijali nhar it-Tnejn li ġej ser jieħu deċiżjoni dwar ir-rappreżentanza tal-ħaddiema fil-Freeport il-ġurnal tal-General Workers Union l-Orizzont fil-faċċata jgħid li l-General Workers Union qegħda tattira aktar ħaddiema fil-Freeport.
THE MALTA INDEPENDENT – Fil-faċċata naraw kif eks uffiċjal tal-Awtorita’ tar-Riżorsi, Godwin Sant ta’ 44 sena minn Naxxar, ġie mixli b’tixħim, evażjoni tat-taxxa u ħasil tal-flus.
//= $special ?>