Attivisti tal-kampanja SHOUT kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa sfaw mgħajjra minn kaċċatur u fuljetti li kienu qed iqassmu ngħataw in-nar. L-Attivisti kienu qed iħejju biex jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet f’Birkirkara meta f’hin minnhom kaccatur resaq fuq attivista u beda jgħajjarha verbalment. Persuni ohra dahlu biex jipprovaw jikkalmaw is-sitwazzjoni.
Xi fuljetti li kienu qassmu ftit qabel il-konferenza tal-aħbarijiet ingħataw in-nar minn xi kaċċaturi li kienu fil-viċin.
Fortunatament, it-tfajla sofriet minn biss minn xokk qawwi u l-attivita’ kompliet minghajr iktar xkiel. Il-kelliem tal-Kampanja SHOUT Mark Sultana ikkundanna dan l-inċident li sejjaħlu bħala abbuż u bullying. “Ir-referendum hu proċess demokratiku u l-kaċċaturi għandhom jirrispettaw dan. In-nies għandhom ikunu liberi biex jiddiskutu din il-kwistjoni mingħajr biża’ u intimidazzjoni.” tenna Sultana.
Sultana kompla li l-kaċċaturi m’humiex dawk li qed jipprovaw jagħtu d-dehra li huma u llum, il-maskra tal-kaċċaturi waqgħet.
Segwi l-filmat miġbud minn attivist ta’ SHout u li juri l-inċident lejn l-aħħar tiegħu.
//= $special ?>