Mietu talanqas sebgħa fis-Serbja, meta helicopter tal-militar iġġarraf qrib Belgrad waqt li kien qed jevakwa tarbija marida min-Nofsinar tal-pajjiż.
Il-Ministeru tad-Difiża Serb ikkonferma li ‘ma salva ħadd’ fost in-nies li kienu fil-helicopter, bl-inċident iseħħ barra l-ajruport internazzjonali, lejn il-Punent tal-kapitali Serba.
Il-helicopter tat-tip MI-17 kien qed iġorr ekwipaġġ ta’ erbgħa, minbarra żewġ ħaddiema paramediċi u t-tarbija li kienet qed tbati minn problemi tan-nifs serji. It-traġedja seħħet fost iċ-ċpar oħxon, tant li diversi titjiriet kummerċjali li ppruvaw jinżlu fl-ajruport internazzjonali kellhom iduru lejn destinazzjonijiet oħra minħabba l-viżibbilta fqira.
//= $special ?>