L-Alternattiva Demokratika talbet lill-Awditur Ġenerali jeżamina l-iskema ta’ reġistrazzjoni ta’ investimenti imnedija s-sena li għaddiet mill-Gvern.
Waqt laqgħa mal-Awditur Ġenerali iktar kmieni din il-ġimgħa, iċ-Chairperson tal-AD Arnold Cassola u d-Deputat Chairperson Carmel Cacopardo talbu lill-Uffiċju tal-Verifika biex jeżamina l-mod kif il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-aġenti awtorizzati minnu ħaddmu din l-iskema.
Fi stqarrija, l-Alternattiva Demokratika esprimiet it-tħassib dwar jekk saritx u kemm saret fil-fond il-verifika tal-oriġini tal-assi reġistrati.
L-AD għamlet din it-talba wara li kien żvelat li l-eks Ministru Ninu Zammit irreġistra iktar minn 3 miljun Dollaru Amerikan li kienu depożitati fil-bank HSBC ta’ Ġinevra.
//= $special ?>