Lokali

‘L-attivista tal-kampanja SHout għandha tirraporta lill-pulizija’

Il-Kelliema tal-Kamanja IVA bħala Maltin u Ewropej Kathleen Grima stiednet lill-attivista tal-Kampanja SHout Romina Tolu biex tagħmel rapport lill-pulizija tal-allegata aggressjoni li seħħet dalgħodu f’Birkirkara.

Waqt li kienet qed tindirizza attivita pubblika fir-Rabat, Kathleen Grima qalet li jkun interessanti wieħed ikun jaf jekk il-persuna li marret fuq Tolu hix verament kaċċatur filwaqt li fakkret li xi billboard tal-kampanja IVA kienu vandalizzati.

Illegalitajiet huma illegalitajiet sostniet Grima.

Xi kaccaturi li kienu f’din il-laqgħa qalu li inċidenti iżolati ta’ illegalita’ m’għandhomx ipoġġu lill-kaċċaturi kollha fl-istess keffa.

Qalu wkoll li l-kampanja tal-LE qed tipprova tħammeġ lill-kaċċaturi biex tinfluwenza l-vot fir-referendum tal-11 ta’ April.

Kelliem iehor tal-Kampanja IVA Daniel Sciriha qal li mhux sew li xi ħadd jitteħidlu d-delizzju. Kulhadd għandu bżonn ta’ delizzju, kompla Sciriha, għaliex dan hu żvog u jżomm lill-bniedem f’saħħtu.