Internazzjonali Knisja

Papa Franġisku jgħid li ser ikollu ponitifkat qasir

“Nħoss li l-Pontifikat tiegħi mhux ser ikun wieħed twil. Minn erbgħa sa ħames snin, min jaf, forsi anke sentejn jew tlieta”. Hekk saħaq Papa Franġisku f’intervista fuq l-istazzjon Messikan Televisa.

Papa Franġisku faħħar id-deċiżjoni ta’ Papa Benedittu XVI li fl-2013 irriżenja mill-kariga bħala waħda kuraġġuża. Saħaq li dak li għamel il-Predeċessur tiegħu m’għandux ikun eċċezjoni iżda istituzzjoni. Madankollu Papa Franġisku saħaq li huwa kontra li jkun hemm eta’ ta’ l-rtirar għal mexxeja tal-Knisja Kattolika.

Fl-intervista Papa Franġisku qal li hu bl-ebda mod ma’ kien qiegħed jiddejjaq iservi bħala Papa għalkemm saħaq li xi ħaġa li jixtieq jagħmel iżda ma’ jistax huwa li sempliċiment jaqbad, joħroġ, jmur jieħu pizza mingħajr ħadd ma’ jagħrfu.