Internazzjonali

Stat ta’ emerġenza fiċ-Ċile minħabba n-nirien qalb foresta

L-awtoritajiet fiċ-Ċile iddikjaraw stat ta’ emerġenza waqt li nirien li qabdu qalb foresta u li qegħdin jidhru inkontrollabbli kkaġunaw l-evakwazzjoni ta’ eluf tal-familji mill-inħawi.

In-nirien, bħalissa, qegħdin jheddu direttament l-ibliet tal-port ta’ Valparaiso u Vina del Mar. Il-Ministeru tal-Intern Ċilen qal li talanqas 4,500 persuna laħqu kienu evakwati, bil-proċess tal-evakwazzjoni jista’, ‘il quddiem, jinkludi’sa 10,000 residenti oħra’.

In-nirien inkwistjoni kienu qabdu nhar il-Ġimgħa ġo sit fejn in-nies imorru biex jarmu l-iskart illegalment. Mal-ħin qamu wkoll l-irwiefen li komplew iferrxu l-fjammi fid-direzzjoni taz-zoni residenzjali fir-reġjun.