Il-Gvern tal-Filippini ħareġ sejħa urġenti biex iċ-ċittadini tiegħu residenti fil-Libja jitilqu mill-pajjiż kemm jista’ jkun malajr. Dan peress li l-vjolenza fil-Libja mistennija taqleb għall-agħar fil-jiem li ġejjin.
Id-Dipartiment għall-Affarijiet Barranin f’Manila qal li llum sar wisq perikoluż għall-Filippini li jibqgħu jgħixu fil-Libja. Bħalissa, mifhum li hemm ‘il fuq minn 4,200 Filippin fid-diversi zoni Libjani.
Ftit hemm dubju li żdied il-periklu għall-barranin fil-Libja minħabba l-preżenza tal-ISIS fit-territorji speċifiċi, u bit-terroristi ‘qed jimmiraw, speċjalment, għall-Filippini minħabba li huma Kristjani’. Hu wkoll fatt magħruf li numru ta’ Filippini u barranin oħra inħatfu ostaġġ fil-Libja u meta ħadd ma jaf x’sar minnhom.
//= $special ?>