L-indikazzjonijiet huma li tilfu ħajjithom numru sostanzjali ta’ nies b’konsegwenza ta’ ċiklun bl-isem Pam li ħalla baħar ta’ qerda u kaos fl-arċipelago ta’ Vanuatu, fin-Nofsinar tal-Paċifiku.
F’dan iċ-ċiklun inqerdu numru kbir ta’ djar f’Port Villa, il-kapitali ta’ Vanuatu, bir-residenti, bħalissa, qed iduru fit-toroq waqt li jittallbu għall-għajnuna.
Għalkemm s’issa kienu kkonfermati ftit aktar minn għaxar mejtin, l-istatistika tal-vittmi mistennija titla b’mod sostanzjali fis-sigħat li ġejjin.
Il-President ta’ Vanuatu, Baldwin Londsdale, appella lill-komunita internazzjonali biex tibgħat l-għajnuna urġenti lil pajjiżu.
//= $special ?>