Ttal-anqas għaxar persuni nqatlu wara żewġ splużjonijiet fi knejjes mimlija nies għall-quddiesa tal-Ħadd f’Lahore fil-Pakistan. Kien hemm 50 persuna oħra li ndarbu fl-isplużjonijiet f’Lahore fiz-zona ta’ Youhanabad.
Wara kien hemm protesti vjolenti mill-folol kbar li kienu miġbura biex imorru l-quddies. Żewġt irġiel inqatlu mill-folol għaliex intqal li kellhom x’jaqsmu mal-attakki.
Il-grupp Jamatul Ahrar, li hu alleat tat-Taliban, ħa r-responsabbiltà tal-attakki.
L-Insara jammontaw għal anqas minn tnejn fil-mija tal-popoolazzjoni u spiss ikunu fil-mira ta’ atti ta’ vjolenza jew intimidazzjoni.
Attakkati żewġ knejjes fil-Pakistan
