Raġel li qed jiskonta l-ħabs dwar l-abbuż tat-tfal kif ukoll rigward it-theddid terroristiku ammetta li bagħat ittra ta’ theddid lill-President tal-Istati Uniti, Barack Obama – anki jekk l-ittra inkwistjoni kellha tispiċċa fl-indirizz żbaljat.
Joseph Savage, li bagħat l-ittra minn ħabs ta’ Pennsylvania, tressaq il-qorti fejn ammetta l-ħtija għall-akkużi li kien hedded direttament lill-President Amerikan u familtu. Il-prosekuturi qalu li Savage, f’Ottubru tal-2012, kien fil-ħabs ta’ Fayette County waqt li jistenna l-proċess tal-qorti meta bagħat l-ittra inkwistjoni fejn hedded li ‘jittortura u joqtol’ lil Obama minbarra li jagħmel il-ħsara lil xi ħadd minn qrabatu.
L-ittra intbagħtet f’1400 Pennsylvania Avenue, f’Washington. L-indirizz tal-White House, li sservi bħala r-residenza tal-President tal-Istati Uniti, hi 1600, Pennsylvania Avenue, iżda l-ittra speċifika ‘waslet xorta fejn kellha tasal’.
Joseph Savage, fil-preżent, qed jiskonta bejn 12 u 25 sena priġunerija wara li nstab ħati dwar theddid bi skop terroristiku, kif ukoll għall-aggrediment ta’ tfajjel bi skop indiċenti u rigward korruzzjoni tal-minorenni.
//= $special ?>