Lokali

Filmat: Jisirqu fliexken tal-fwieħa u l-make up minn spiżerija

Sidien ta’ spiżerija fil-Qawra qed japellaw lill-pubbliku għall-għajnuna wara li grupp ta’ żewġ persuni serqu numru ta’ fliexken tal-fwieħa u make up.

Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda u jidher li barra ż-żewġ persuni, x’aktarx mil-Lvant tal-Ewropa, kien hemm ukoll persuna oħra nvoluta.

Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija. Kull min għandu xi informazzjoni qed jintalab jirraporta l-Għassa tal-Qawra, ankè b’mod anonimu.