F’Malta kollox sejjer ward u zahar. Għallinqas, hekk qed jgħid il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, f’diskors li għamel filgħodu, f’attivita’ politika fiż-Żurrieq.
Fid-diskors tiegħu, Muscat tkellem dwar diversi oqsma, inkluż l-ekonomija, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent, li fi kliemu, kollha sejrin tajjeb ħafna. Iżda spikka fost oħrajn l-kumment ta’ Joseph Muscat meta dan qal li huwa raġel tal-kelma tiegħu. Dan intqal b’referenza għall-qasam tal-enerġija, proprju fl-istess xahar li fih Joseph Muscat kien wiegħed li se jkollu l-powerstation ġdida tal-gass mibnija u lesta, tant li kien rabat din il-wegħda ma’ riżenja tiegħu. Ix-xogħol ta’ bini ta’ din il-powerstation s’issa għadu ma bediex.
//= $special ?>