Għaddew 15-il xahar minn meta Geoffrey Farrugia, Malti ta’ 31 sena, kien inħataf mill-milizzji Libjani.
Dan ħareġ minn intervista li kellu ma’ dan l-istazzjon, u li dettalji dwarha kienu żvelati fil-gazzetta Il-Mument.
Farrugia huwa magħruf għall-gharfien tiegħu fil-qasam tat-teknoloġija, tant li l-intervista, li se tintwera nhar it-Tnejn waqt il-programm Wicc Imb’Wiċċ fuq NET Television, tirrakkonta s-suċċess li hu kiseb u qed jikseb għal Malta.
Skont l-istess intervista, Farrugia irrakkonta li kien inħataf mill-milizzji Libjani ‘il barra mill-ajruport ta’ Tripli, f’Dicembru 2013. B’hekk dan il-każ jiġi li seħħ xhur qabel il-ħtif ta’ Malti ieħor, Martin Galea, li kien jaħdem ma’ kumpanija taż-żejt fil-Libja.
Farrugia kien inżamm għal tliet ijiem mill-milizzji Libjani, f’ċella kiesħa, bla ikel u xorb.
Salvah it-tieni mobile li kellu, wara li l-aggressuri ħadulu l-mobile l-ieħor u l-passaport. U biex jinħeles, tħallset somma sostanzjali ta’ flus.
Aktar dettalji dwar l-esperjenzi u s-suċċessi ta’ dan il-ġenju tat-teknoloġija fl-intervista tat-Tnejn.
//= $special ?>