Il-Polonja tista’ toħroġ id-direttivi biex l-irġiel mingħajr esperjenza militari jieħdu sehem fit-taħriġ mal-Armata li jrid isir bilfors.
Dan skont ir-regoli ġodda li jamministraw l-esiġenzi tal-lieva. Fil-fatt, il-leġislazzjoni ġdida, li saret effettiva bil-firma tal-Prim Ministru Pollakk, Ewa Kopacz, hi l-aħħar miżura tal-Polonja biex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-qawwiet armati. Il-miżura tidher li tirrifletti wkoll it-tensjoni dwar l-intenzjonijiet tar-Russja rigward l-Ewropa Ċentrali.
Taħt ir-regoli preċedenti dwar il-lieva, il-qawwiet armati Pollakki setgħu jingaġġaw biss il-persuni b’esperjenza militari. Intant, l-aħħar aġġornament ifisser li kwalunkwe raġel li jissodisfa l-kriterji fiżiċi kapaċi jissieħeb f’taqsima tal-Armata f’sitwazzjoni ta’ kriżi.
Il-Polonja, fl-2008, warrbet l-obbligu għal servizz militari (fuq bażi nazzjonali) fejn iddeċidiet li tiżviluppa l-qawwiet iżgħar iżda professjonali, bl-ogħla livell tat-taħriġ. Intant, u mindu faqqa’ l-konflitt tal-Ukrajna ( ġar tal-Polonja), il-Gvern ta’ Varsavja ħa l-passi mgħaġġlin biex isaħħaħ il-militar tiegħu u meta huma ftit il-Pollakki li jafdaw ir-Russja.
//= $special ?>