MALTA…………………..6
ĠERMANJA……………22
(1-2),(1-7),(0-6),(4-7)
Il-Ġermanja rebħet ukoll l-aħħar logħba tagħha fi Grupp D ta’ Kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropej tal-Juniors li se jsiru f’Baku fl-Azerbaijan meta għelbet faċilment lit-tim Malti 22-6.
Il-Ġermaniżi laħqu l-aspetattiva li kien hemm qabel it-turnament u din il-logħba kienet xhieda tal-qawwa li għandhom fit-tim. Minkejja li b’tim qawwi, reġa’ spikka Denis Strelezkij li minbarra l-ħdax-il gowl skorjati, wera qawwa fl-ilma u fixkel diversi drabi lill-Maltin.
Min-naħa l-oħra, minkejja li t-tiom Malti kien qed iġarrab l-ewwel telfa f’dan il-grupp, wieħed m’għandux jinsa l-kwalifikazzjoni storika li kiseb għal dawn il-finali wara tlett rebħiet fil-grupp kontra l-Latvja, l-Iżvizzera u l-Grand Brittannja. Iżda fil-logħba ħarġet id-differenza bejn iż-żewġ nazzjonijiet anki fl-istatura u s-saħħa.
Il-Maltin qasmu l-logħob mal-avversarji fl-ewwel sessjoni u minkejja li l-Ġermaniżi rebħu l-ewwel sessjoni 2-1, it-tim Malti kellu diversi opportunitajiet ta’ skor. Fil-bidu tat-tieni sessjoni l-Maltin kellhom diversi okkażjonijiet għad-draw momentanju iżda l-Ġermaniżi kienu aktar ċiniċi u skorjaw tlieta mingħajr risposta biex fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls. Plumpton naqqas il-marġni, iżda l-Ġermanja skorjaw erba’ gowls oħra u daħlu jistrieħu 9-2 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni l-partita żvolġiet f’dominanza Ġermaniża b’sitt gowls mingħajr risposta bil-Maltin isibuha diffiċli jikkonkludu l-azzjoni b’xutt.
Fl-aħħar sessjoni l-Ġermaniżi ma kellhopmx problemi ikompli jamministraw il-partita u finalment rebħu 22-6.
Fl-aħħar logħba tal-grupp li ma kienx fiha nteress, l-Iżvizzera għelbu lil-Latvja 40-1.
Malta: J. Tanti, D. Fenech, M. Manara, J. Sciberras, J. Abela (3), B. Plumpton (1), J. Galea (1), J. Gambin, M. Azzopardi, D. Zammit, K. Navarro (1), L. Calleja, F. Buhagiar
Ġermanja: D. Hilgendorf, R. Nawrat (2), K. Sopiadis, P. Dolff (1), F. Schutze (4), D. Strelezkij (11), E. Manolakis (1), T. Popp, A. Bayer (1), F. Zugic (), D. Reimer, V. Winkler, B. Flammersberger
Referees: Ivo Mares (Repubblika Ċeka), Serghei Meinicov (Moldova)
Ir-riżultati kollha
Ġermanja v Gran Brittanja 19-7
Malta v Latvja 51-0
Ġermanja v Latvja 67-2
Gran Brittanja v Żvizzera 12-1
Ġermanja v Żvizzera 28-2
Gran Brittanja v Malta 6-7
Ġermanja v Malta 22-6
Żvizzera v Latvja 40-1