Lokali

Seba’ kaċċaturi u nassaba jibnu skola għat-tfal fil-bżonn fl-Etjopja

Seba’ kaċċaturi u nassaba, membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, il-Ħadd wara nofsinhar waslu lura Malta mill-Etjopja, wara li kienu qed iwettqu ħidma missjunarja biex jibnu skola għal tfal fil-bżonn fl-Etjopja.

Dun Ġorġ Grima, mill-Moviment Ġesu’ fil-Proxxmu, li kien ukll l-organizzattur ta’ din il-ħidma missjonarja, bagħat ittra fejn fiha faħħar l-inizjattiva ta’ dawn il-persuni li tant ħadmu biex din il-ħolma ssir realta’. Hu qal li l-ħidma tagħhom waslet biex inbniet skola fir-raħal ta’ Gurech, fejn qatt ma kienet inbniet skola qabel.

Hu faħħar il-fatt li dawn il-voluntiera ħallsu l-biljetti u l-ikel ta’ kuljum minn buthom u li ilhom jaħdmu fuq dan il-proġett għal xhur sħaħ.
Is-seba’ Maltin kienu telqu minn Malta fl-20 ta’ Frar u huma kollha speċjalizzati fi snajja differenti tal-kostruzzjoni.