Internazzjonali

Spekulazzjoni dwar x’sar mill-President Putin

Hemm ħafna spekulazzjoni dwar x’sar mill-President Russu Valdimir Putin. Dan hekk kif hu ilu ma jidher fil-pubbliku għal għaxart ijiem u lbieraħ il-kelliem tal-Kremlin irrifjuta li jikkummenta dwar is-suġġett.
L-għajdut f’Moska huma li hu tneħħa mill-poter. Filwaqt li hu deher f’filmati fl-aħbarijiet, instab li d-dati mħabbra ta’ meta saru ma kinux jaqblu. Iżda kulħadd, dawk li jappoġġjawh u dawk li jikkritikawh, jaqblu li ġara x’ġara Putin kien għadu ħaj.
Is-Sibt Putin, li għandu 62 sena, reġa’ naqas li jidher fil-pubbliku. Dan fl-istess ħin li Ramzan Kadyrov, il-mexxej taċ-Ċeċenja kif ukoll meqjus alleat ewlieni ta’ Putin, qal li kien se jiqba’ leali lejn il-President Russu kemm jekk ikun f’din il-kariga jew le. Kadyrov hu suspettat li kien wara l-qtil reċenti tal-politiku Boris Nemtsov . Kadyrov qal ukoll li kien hemm nies li kienu qed jippruvaw jagħmlu ħsara serja mhux biss lil Putin imma r-Russja.
F’dawn l-aħħar 15-il sena kemm ilu fil-poter kemm bħala President kif ukoll bħala Prim Ministru, qatt ma kien hemm perjodu ta’ żmien ta’ xnigħat simili għal Putin.
Għajdut oħra dwar ir-raġuni għall-għajbien ta’ Putin huma li hu jinsab marid serjament.
L-aħħar darba li deħer fil-pubbliku kien fil-5 ta’ Marzu waqt żjara tal-Prim mInistru Taljan Matteo Renzi. Issa t-Tnejn hu suppost se jiltaqa’ mal-President tal-Kirgistan f’San Pietruburgu u hemm stennija beix ikun magħruf x’se jiġri.