Lokali

Tifla ta’ 4 snin l-Isptar wara inċident tat-traffiku fil-Marsa

Tifla ta’ 4 snin ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li waqt li persuna kienet qed issuq il-karozza direzzjoni Marsa, tilfet il-kontroll , b’konsegwenza li spiċċat fuq in-naħa tax-xellug tat-triq fuq il-ħamrija.

Il-karozza tat-tip Suzuki kienet qed tinstaq minn mara u fil-karozza kien hemm passiġġiera tifla ta’ 4 snin.

Persuni li kienu fuq il-post u raw dan l-inċident iseħħ ċemplu lill-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku minnufih.

Il-mara ttieħdet wkoll l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.