Raġel ta’ 30 sena minn Bormla ġie mixli quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman li hedded żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Josric Mifsud, qalet li fis-sigħat bikrin tas-Sibt li għadda, fix-Xatt ta’ Bormla, Felix Barbara ħebb għall-Pulizija li marru biex jikkalmaw argument bejn Barbara u persuna oħra.
Hu ġie mixli wkoll li għall-ħabta tas-2am ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u li sar reċidiv. Hu wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €3,000. L-Avukati Carm Mifsud Bonnici, Charmaine Cherrett u Noel Camilleri dehru għal Barbara.
//= $special ?>