Festi Kultura

Ċenaklu ħaj f’In-Nadur

Iċ-Ċenaklu Ħaj f’In-Nadur huwa rapreżentazzjoni ħajja tal-Aħħar Ċena u ġrajjiet oħra marbuta mal-aħħar ġimgħa ta’ Ġesu’. F’dan iċ-Ċenaklu Ħaj li qed jitella’ f’razzet antik fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, wieħed jista’ jidħol f’ambjent uniku, b’diversi atturi bil-kostum tal-epoka u ambjent mill-isbaħ li l-kampanja Għawdxija taf tofri. Dan kollu jagħti dehera tassew ħajja ta’ dak li ser inkunu qed infakru f’dan iż-żmien tas-sena.

Id-dħul għal din l-attrazzjoni huwa b’xejn u wieħed hu mitlub isegwi dawn il-ħinijiet tal-ftuħ meta iżur dan il-post.

Post: ‘Dar Dun Franġisk Grima’ 54 Triq it-Tiġrija, in-Nadur, Għawdex.

Żmien tal-Ftuħ: Mil-Ġimgħa: 27 ta’ Marzu sa jum il-Ġimgħa l-Kbira.
Fost il-Ġimgħa: 6.00 p.m. sa 9.30 p.m.
Ħadd il-Palm: 4.00 p.m. – 9.00 p.m
Ħamis ix-Xirka: 8.30 p.m. – 11.00 p.m.
Il-Ġimgħa l-Kbria: 9.30 a.m. – 1.00 p.m.