Faqar ta’ tmexxija … skandli li qed jiddominaw il-kampanja elettorali li għaddejja bħalissa u votanti li qed jitolbu tweġibiet ċari min-naħa tal-Gvern. Din hi sintesi tal-Editorjal tal-lum tal-ġurnal The Times, fejn issir analiżi tal-kampanja elettorali li se twassal għall-votazzjoni tal-11 ta’ April li ġej. Kampanja ddominata minn numru ta’ skandli u minn żewġ rapporti jaħarqu tal-Awditur Ġenerali, li jitfgħu dell ikrah fuq il-Gvern Laburista.
L-Editorjal ta’ The Times jirrimarka li n-nies fl-elezzjoni se jkunu qed jistaqsu kemm verament il-Gvern żamm mal-wegħda tal-meritokrazija li kien għamel, mal-wegħda tat-trasparenza fit-tmexxija u anke mal-wegħda li jkun Gvern li jinżamm kontabbli għal dak li jagħmel. Il-ġurnal jgħid li r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-Iskandlu tal-Cafe’ Premier juri kemm il-Gvern jinsab ikkaratterizat b’faqar fit-tmexxija, bi skandlu li minnu nnifsu hu prova ċara ta’ kemm il-Gvern ta’ Muscat mhuwiex juża’ l-flus tal-poplu b’mod għaqli.
Barra minehkk, hemm domandi oħrajn li għadhom mhumiex imwieġba. Per ezempju, x’sar mill-proġett tal-Power Station il-ġdida, għaliex m’hemmx dokumenti ċari dwar il-hedging mal-kumpanija SOCAR tal-Ażerbajġan, kif ukoll għaliex kellhom jinħarġu €4.2 miljun għall-Cafe’ Premier. L-editorjal ta’ The Times jgħid li dan hu dak li fuqu se jivvutaw in-nies fil-11 ta’ April li ġej.
//= $special ?>