Anzjana li kienet qed tistenna tal-linja fil-Mosta sfat bil-handbag misruq minn raġel li nnota li kienet aljenata tistenna tal-linja ftit bogħod mill-basket tagħha.
Il-każ seħħ iktar kmieni llum, fil-ħdax ta’ filgħodu fi Triq il-Kostituzzjoni, triq prinċipali u frekwentata minn ħafna fil-Mosta.
Ir-raġel jidher jersaq lejn il-bus stop u mbotta lill-anzjana qabel ħataf il-handbag u ħarab jiġri mill-post. L-anzjana pprovat tiġri warajh imma sfortunatament ma setgħet tagħmel xejn. Inutli l-għajnuna ta’ mara li waslet ftit wara u ppruvat tilħaq lir-raġel.
Sfortunatament filmati minn ħanut qrib il-bus stop ma jagħtux wisq dettalji tal-ħalliel għalkemm dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija u ninsabu nfurmati li qed jiġu analizzati ankè filmati minn ħwienet oħra.
Kull min jista’ joffri xi informazzjoni dwar dan il-każ hu mitlub jgħaddiha lill-Pulizija.
//= $special ?>