Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo kkritika l-politika li qed ikompli miexi biha dan il-Gvern bil-ħatriet diretti mill-Ministri tal-Gvern ta’ Muscat bħala persons of trust hekk kif semma li l-Ministru Helelna Dalli impjegat ħames xufiera fuq il-mertu ta’ posititon of trust.
Meta tkellem fid-dibattitu tal-lejla fil-Parlament, id-Deputat Nazjonalista Robert Arrigo kkritika lill-Gvern għall-mod kif qed ikabbar in-nefqa fis-settur pubbliku. Staqsa jekk kienx possibbli li l-Ministru Helena Dalli ssibx ħames persuni minn 40,000 persuna mis-settur pubbliku biex jaqdu l-funzjoni ta’ xufier magħha, iżda minflok impjegat direttament ħames persuni fuq il-mertu ta’ persons of trust.
Fil-Parlament, Robert Arrigo diġà għamel kalkolu dwar dawn il-ħatriet direttament mill-Ministri, u kien spjega li l-indikazzjoni hi li l-ispiża fuq dawn il-ħatriet tal-Gvern tista’ titla’ sa €14-il miljun u €15-il miljun fis-sena. Fuq perjodu ta’ ħames snin ikun ifisser li l-ispiża tal-Gvern fuq dawn il-ħatriet tlaħħaq nefqa ta’ €70 miljun.
Kien ikkritika wkoll li l-Ministri tal-Gvern huma siekta dwar dawn il-ħatriet li qed japprovaw fuq il-mertu ta’ persons of trust u kif mhumiex iwieġbu mistoqsijiet parlamentari li għamel lit-23 Ministeru tal-Gvern ta’ Muscat.
//= $special ?>