Raġel li kien se jivjaġġa lura lejn Londra kellu jistenna tliet kwarti biex waslet l-ambulanza mill-Isptar wara li ħassu ħażin fuq ajruplan.
Nies li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li ir-raġel kien abbord ajruplan tal-easyJet meta tah ħass ħażin. It-titjira li kienet għadha ma telqitx minn Malta, kienet f’destinazzjoni lejn Gatwick.
“Tal-mistħija kif l-ambulanza damet tliet kwarti biex waslet, sempliċiment għax m’hawnx tabib”, qaltilna mara li taħdem fl-ajruport. Is-servizz tat-tabib li kien jiġi provdut fl-ajruport mill-Port Health ilu kważi sentejn sospiż. Dan ifisser nuqqas kbir anke għall-ħaddiema nfushom.
It-titjira EZY 8824 kellha tħalli Malta għall-ħabta tan-12:30pm.
Kelliema għall-MIA sostniet li l-kumpanija li tmexxi l-ajruport imnxiet skont il-protokol, u mal-ewwel issejħet l-ambulanza.
//= $special ?>