Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 16 ta’ Marzu.
IN-NAZZJON jirrapporta li llum mistenni jasal Malta d-Direttur tal-OLAF Giovanni Kessler, sabiex jixhed fil-każ ta’ tixħim li fih issemmew John Dalli u Silvio Zammit. F’rapport separat naqraw dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ fejn f’San Pawl il-Baħar hu sostna li wara sentejn biss għandna Gvern ta’ arroganza u ingann.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi anke n-negozjant Ray Bugeja jinsab imsemmi fuq il-lista ta’ swiss Leaks, b’kont bankarju li jaqbeż is-600 miljun.
Fil-gazzetta THE TIMES OF MALTA naqraw kif ilbieraħ il-Prim Ministru ħeġġeġ aktar negozjanti Għawdxin biex ma jibżgħux jitkellmu kontra Giovanna Debono. Fil-paġni ta’ ġewwa, naqraw kif is-Sindku Laburista tal-Marsa jinsab irrabjat għall-mod li bih il-Gvern se jnaqqas il-Budget tal-Kunsill. Se jitnaqqsu ukoll żewġ membri fil-Kunsill Lokali tal-Marsa.
L-ORIZZONT jgħid li s-sistema tal-ismart cards kienet vittma ta’ manipulazzjoni. Dan skont rapport ikkummissjonat f’Mejju tal-2014.
//= $special ?>