Il-Ministru Konrad Mizzi ma jagħtix fil-Parlament lista ta’ proġetti li qed isiru minn fondi Ewropej
Fuq insistenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-Ministru Konrad Mizzi qal li se jkun qiegħed jippreżenta fil-Parlament il-lista ta’ proġetti finanzjati minn fondi Ewropej għas-settur tas-saħħa u l-enerġija.
Il-Ministru Konrad Mizzi naqas illejla fil-Parlament li jagħti l-informazzjoni lill-Oppożizzjoni meta kien mitlub mix-Shadow Minister Marthese Portelli jagħti lista ta’ proġetti li għaddejjin bħalissa u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed isiru minn fondi Ewropej. Staqsiet ukoll kemm hu l-valur tal-grant agreement għal kull proġett, u kemm hu l-valur tal-contract agreement.
.
Għal dawn il-mistoqsijiet, il-Ministru Konrad Mizzi ma tax l-informazzjoni mitluba u talab lix-Shadow Minister Marthese Portelli tispeċifika għal liema fond qed tirreferi.
Għal din it-tweġiba, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil irrimarka li l-mistoqsija tax-Shadow Minister kienet ċara, u talbet sempliċiment lista tal-proġetti kollha taħt il-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija.
Il-Ministru Konrad Mizzi wieġeb li hu għandu lista f’idejh tal-proġetti kollha, iżda qal li huma diversi l-fondi tal-Unjoni Ewropea li qed igawdu minnhom diversi proġetti.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk il-Ministru Mizzi hux lest li jpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Oppożizzjoni, u li qal li għandu f’idejh, fuq il-Mejda tal-Kamra, bil-Ministru Mizzi jiċċara li jrid jikseb aktar informazzjoni u jgħaddi l-informazzjoni.
//= $special ?>