Titjira tal-Air Malta kellha tirritorna lura Malta bħala prekawzjoni wara li kien hemm ħsieb li tkissret tieqa tal-ajruplan.
Madankollu wara sar magħruf li dan ma kien xejn ħlief livell kondensazzjoni iktar mis-soltu, jiġifieri l-ammont ta’ ilma li akkumula bejn il-ħġieġ tat-twieqi tal-ajruplan.
It-titjira KM146, minn Malta għal Manchester, irritornat lura llum wara nofsinhar imma l-ajruplan kien dikjata bħala sigur biex ikun jista’ jopera t-titjiriet.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li tagħti importanza kbira lis-sigurtà tal-klijenti u lill-ekwipaġġ tagħha.
Il-linja nazzjonali tal-ajru talbet apoloġija lill-klijenti tagħha u qalet li l-inċident seħħ minħabba ċirkustanzi li mhumiex taħt il-kontroll tagħha.
Fl-Ajruport ta’ Manchester għad hemm numru sostanzjali ta’ Maltin li skoprew li t-titjira se tittardja wara li waslu fil-post. Ħafna minn dawn il-Maltin jew kienu fir-Renju Unit għax-xiri waqt li ħafna oħrajn segwew il-partità mill-Premiership Ingliż bejn Manchester United u Tottenham li ntlagħbet ilbieraħ.
It-titjira mistennija titlaq minn Manchester lejn Malta fil-11 ta’ llejla.
(Ritratt: mill-Arkivji)
//= $special ?>