It-Tnejn, il-President Russu Valdimir Putin għamel l-ewwel dehra fil-pubbliku.
Hu kien ilu mill-5 ta’ Marzu ma jidher fil-pubbliku wara laqgħa mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u dan qanqal ħafna spekulazzjonijiet, saħansitra li kien tneħħa mill-poter.
It-Tnejn hu ltaqa’ ma’ Almazbek Atambayev, il-President tal-Kirigistan (ritratt) fil-Palazz ta’ Konstantin f’San Pietruburgu.
Putin jerġa’ jidher fil-pubbliku
